LABORATORJI ABBOTT POLITIKA TAL-PRIVATEZZA

Data ta’ dħul fis-seħħ: fil-25 ta’ Mejju 2019

Politika tal-Privatezza ta’ Abbott online
Għal persuni li jinsabu fl-UE: Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (“GDPR”) daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2018. Skont il-GDPR aħna għandna nagħtuk informazzjoni addizzjonali aktar minn dik li hemm stabbilita f’din il-Politika tal-Privatezza. Jekk jogħġbok ikklikkja hawn biex tara l-informazzjoni li ninsabu meħtieġa li nipprovdulek taħt il-GDPR.

Din il-Politika tal-Privatezza tispjega kif għandna nimmaniġġjaw l-informazzjoni personali li inti tipprovdilna fis-siti elettroniċi kontrollati minn Abbott (inklużi s-sussidjarji u l-affiljati tagħha) li jillinkjaw ma’ din il-Politika tal-Privatezza (imsejħa “Siti Elettroniċi ta’ Abbott”). Din il-Politika tal-Privatezza tiddeskrivi wkoll il-ġabra ta’ ċertu tipi oħra ta’ informazzjoni fuq is-Siti Elettroniċi ta’ Abbott.

Din il-Politika tal-Privatezza ma tapplikax għal informazzjoni personali miġbura mingħandek offline, għal Siti Elettroniċi ta’ Abbott li ma jillinkjawx ma’ din il-Politika tal-Privatezza, jew għal siti elettroniċi terzi li s-Siti Elettroniċi ta’ Abbott jistgħu jkunu jillinkjaw magħhom. L-użu li inti tagħmel mis-Siti Elettroniċi ta’ Abbott, li jillinkjaw ma’ din il-Politika tal-Privatezza, hija soġġetta għal din il-Politika tal-Privatezza u għall-Kundizzjonijiet tal-Użu.

Jekk jogħġbok aqra din il-Politika tal-Privatezza qabel ma tuża s-Siti Elettroniċi ta’ Abbott jew tippreżentalna xi informazzjoni personali.

Kif tiddefinixxi “informazzjoni personali” din il-Politika tal-Privatezza?

“Informazzjoni personali” tfisser dik l-informazzjoni li tidentifikak jew li tista’ raġonevolment tintuża biex tidentifikak u li tiġi ppreżentata lil u/jew tinġabar minn Siti Elettroniċi ta’ Abbott u li tinżamm minn Abbott f’format aċċessibbli. Eżempji ta’ informazzjoni personali jinkludu ismek, l-indirizz postali tiegħek, l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek, u n-numru tat-telefon tiegħek.

X’tipi ta’ informazzjoni tiġbor Abbott online?

  • Informazzjoni Personali Ippreżentata minnek: Abbott tiġbor dik l-informazzjoni personali li inti tniżżel fl-oqsma tad-data fuq is-Siti Elettroniċi ta’ Abbott. Eżempju, inti tista’ turi ismek, l-indirizz postali tiegħek, l-indirizz elettroniku tiegħek, u/jew informazzjoni oħra biex tirċievi informazzjoni dwar diversi suġġetti, tirreġistra biex tirċievi l-programmi ta’ Abbott, tikkuntattja l-indirizz postali, indirizz elettroniku ta’ klijenti ta’ Abbott, u/jew informazzjoni oħra biex tirċievi informazzjoni dwar diversi suġġetti, tirreġistra biex tirċievi l-programmi ta’ Abbott, tikkuntattja s-servizz għall-klijenti ta’ Abbott, jew twieġeb għal stħarriġ li jsir minn Abbott. Sabiex tiġi protetta l-privatezza tiegħek, m’għandekx tipprovdi lil Abbott b’ informazzjoni li ma tkunx ġiet mitluba speċifikament.
  • Ġbir Passiv ta’ Ċertu Informazzjoni Oħra Teknika u ta’ Web Browsing: Is-Siti Elettroniċi ta’ Abbott jistgħu jiġbru informazzjoni dwar iż-żjarat tiegħek lil Siti Elettroniċi ta’ Abbott bla ma inti attivament tippreżenta din l-informazzjoni. Din l-informazzjoni tista’ tinkludi, per eżempju, it-tip ta’ browser u l-lingwa li tuża, is-sistema operattiva tiegħek, l-Indirizz tal-Protokoll (IP) tal-Internet tiegħek, il-URLs ta’ siti li tkun żort qabel u wara li żżur is-Sit Elettroniku ta’ Abbott, it-tiftix li tkun għamilt fuq l-Internet li jkun wasslek fis-Sit Elettroniku ta’ Abbott, u l-paġni u r-reklami li inti tara fuq l-Internet u l-links li inti tikklikkja fuqhom fis-Sit Elettroniku ta’ Abbott. Din l-informazzjoni tista’ tinġabar bl-użu ta’ diversi teknoloġiji, bħal cookies, Internet tags, u web beacons. Il-browser tal-Internet tiegħek jittrażmetti wkoll awtomatikament lis-Siti Elettroniċi ta’ Abbott xi biċċiet minn din l-informazzjoni, bħalma huma l-URL tas-sit elettroniku li tkun għadek kif żort u l-verżjoni tal-browser li jkun qed jiġi mħaddem fuq il-kompjuter tiegħek.

Abbott tiġbor Informazzjoni “sensittiva” Personali?

Permezz ta’ xi Siti Elettroniċi Abbott, Abbott tiġbor informazzjoni personali, bħal ma hi informazzjoni li għandha x’taqsam mas-saħħa, li tista’ tissejjaħ waħda “sensittiva” taħt il-liġijiet tal-privatezza tad-data f’ċerti ġurisdizzjonijiet. Abbott għandha tadotta miżuri addizzjonali kif inhu meħtieġ mil-liġijiet lokali għall-ipproċessar ta’ informazzjoni bħal dik. Barra minn hekk, sussidjarji jew affiljati individwali ta’ Abbott jistgħu jadottaw miżuri biex jindirizzaw aspettattivi konswetudinarji jew soċjali lokali dwar din l-informazzjoni. Meta tkun qed tipprovdilna informazzjoni personali sensittiva, inti tkun qed tagħti l-kunsens tiegħek lil Abbott biex jiġborha, jittrasferiha, jaħżinha, u jipproċessaha.

Abbott kif inhi se tuża l-informazzjoni personali li jiena tajtha?

Abbott se tuża l-informazzjoni personali li int tagħtiha permezz tas-Siti Elettroniċi ta’ Abbott billi tirrispondi l-mistoqsijiet tiegħek u tipprovdilek servizz għall-klijenti effiċjenti.

Nistgħu nużaw ukoll din l-informazzjoni personali għal skopijiet kummerċjali oħra, bħal biex noffrulek l-opportunità li tirċievi notifikazzjonijiet dwar il-prodotti jew is-servizzi ta’ Abbott, biex nistednuk tieħu sehem fl-istħarriġ li jsir dwar il-prodotti tagħna, jew biex navżawk dwar il-promozzjonijiet speċjali tagħna.

Tista’ Abbott tgħaqqad informazzjoni personali li jiena nagħtiha fuq Sit Elettroniku ta’ Abbott ma’ informazzjoni personali oħra dwari?

  • Abbott tista’ tgħaqqad l-informazzjoni personali li klijent jipprovdilha fuq xi Sit Elettroniku ta’ Abbott mal-informazzjoni personali provduta minn dak il-klijent fuq Siti Elettroniċi ta’ Abbott oħra.
  • Abbott tista’ tgħaqqad l-informazzjoni personali li int tajtna online mar-reġistri tagħna offline.
  • Abbott tista’ tgħaqqad l-informazzjoni personali li int tajtna direttament ma’ reġistri provduti minn terzi.

Aħna nużaw din l-informazzjoni konsolidata biex din tgħinna nimplimentaw Siti Elettroniċi ta’ Abbott u prodotti ta’ Abbott aħjar, biex inwasslulek l-informazzjoni, biex insaħħu l-attivitajiet promozzjonali u ta’ riċerka tagħna, u biex niffaċilitaw funzjonijiet kummerċjali oħra.

X’għażliet għandi dwar kif Abbott tiġbor u tuża informazzjoni personali dwari?

Inti tista’ dejjem tillimita l-ammont u t-tip ta’ informazzjoni personali li Abbott tirċievi dwarek billi tagħżel li ma daħħalx xi informazzjoni personali fil-formoli jew fl-oqsma tad-data fuq is-Siti Elettroniċi ta’ Abbott. Xi wħud mis-servizzi online tagħna jistgħu biss jiġu pprovduti lilek jekk inti tagħtina informazzjoni personali adatta. Xi partijiet oħra tas-Siti Elettroniċi ta’ Abbott jistgħu jistaqsuk jekk tkunx trid li tagħżel jew ma tagħżilx li tidħol fil-listi ta’ kuntatt tagħna dwar offerti, promozzjonijiet u servizzi addizzjonali li jistgħu jkunu ta’ interess għalik.

Abbott taqsam informazzjoni personali ma’ partijiet terzi?

  • Abbott mhux se tbiegħ lil partijiet terzi jew tagħti permess li tintuża l-informazzjoni personali tiegħek minn partijiet terzi ħlief f’dak li għandu x’jaqsam mal-bejgħ jew trasferiment ta’ xi linja jew diviżjoni tal-prodott, jew f’dak li għandu x’jaqsam mal-programm ta’ tqegħid fis-suq konġunt.
  • Abbott tista’ taqsam l-informazzjoni personali tiegħek ma’ partijiet terzi li konġuntement magħhom Abbott tkun qed tqiegħed fis-suq xi prodott jew servizz jew konġuntement tmexxi xi programm jew attività. Hija drawwa ta’ Abbott li tavżak jekk inti tkun qed tirreġistra għal xi programm li jkun qed jitmexxa flimkien ma’ xi kumpannija oħra li tista’ tkun teħtieġ aċċess għall-informazzjoni personali tiegħek.
  • Abbott tista’ wkoll taqsam l-informazzjoni personali tiegħek mal-bejjiegħa li Abbott ikollha kuntratti magħhom biex twettaq attivitajiet kummerċjali għal Abbott. Jekk Abbott tgħaddi l-informazzjoni personali tiegħek lil xi bejjiegħa biex dawn jgħinuna fl-attivitajiet kummerċjali tagħna, Abbott għandha d-drawwa li teħtieġ lil dawk il-bejjiegħa li jżommu l-informazzjoni personali tiegħek bħala waħda kunfidenzjali u biex jużaw l-informazzjoni personali tiegħek biss waqt li jkunu qegħdin iwettqu xi funzjonijiet għal Abbott.
  • Abbott tista’ taqsam l-informazzjoni personali tiegħek ma’ terzi f’dak li għandu x’jaqsam mal-bejgħ jew it-trasferiment ta’ xi linja jew diviżjoni tal-prodott sabiex ix-xerrej ikun jista’ jibqa’ jagħtik l-informazzjoni u s-servizzi.
  • Abbott tirriżerva d-dritt li tiżvela l-informazzjoni personali tiegħek biex tkun tista’ tirrispondi għal kull talba ta’ informazzjoni awtorizzata mill-awtoritajiet statali, biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali, jew meta jkun hekk meħtieġ b’kull mod ieħor bil-liġi.

Minn fost dawk li jaħdmu ma’ Abbott, min se jkollu aċċess għal informazzjoni personali dwari?

Huwa għadd ta’ impjegati ma’ Abbott ristrett ħafna li jista’ jkollhom aċċess għal informazzjoni personali. Aħna nħarrġu lill-impjegati tagħna dwar l-importanza tal-privatezza u kif għandhom jiġu immaniġġati d-data ta’ klijenti kif dovut u b’sigurezza.

X’sigurezza tuża Abbott dwar informazzjoni personali?

Hija drawwa ta’ Abbott li tiżgura kull paġna tal-Internet li tiġbor informazzjoni personali; madankollu, il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni personali trażmessa bl-Internet ma tistax tiġi garantita. Inħeġġuk tuża kull kawtela meta tkun qed tgħaddi informazzjoni personali fuq l-Internet, speċjalment dik l-informazzjoni personali li jkollha x’taqsam ma’ saħħtek. Abbott ma tistax tiggarantixxi li mhux se jkun hemm partijiet terzi mhux awtorizzati li jiksbu aċċess għall-informazzjoni personali tiegħek; għalhekk, meta tkun qed tippreżenta informazzjoni personali lil Siti Elettroniċi ta’ Abbott, għandek tevalwa kemm il-benefiċċji kif ukoll ir-riskji.

Barra minn hekk, Siti Web Abbott li jaqgħu taħt din il-Politika tal-Privatezza juru twissija kull meta inti tillinkja ma’ xi Sit Elettroniku li ma jkunx ikkontrollat minn Abbott jew li ma jkunx soġġett għal Politika tal-Privatezza ta’ Abbott; int għandek tiċċekkja l-politika tal-privatezza ta’ dawk is-siti tal-Internet ta’ partijiet terzi qabel ma tippreżenta xi informazzjoni personali.

Abbott tittrasferixxi informazzjoni personali lil ġuriżdizzjonijiet differenti?

Abbott taħżen informazzjoni fuq servers b’assigurazzjoni f’diversi pajjiżi madwar id-dinja. Jekk jogħġbok kun af li l-informazzjoni li int tipprovdilna jew li aħna niksbu bħala riżultat tal-użu li int tagħmel mis-Siti Elettroniċi ta’ Abbott jistgħu jiġu pproċessati u trasferiti lejn pajjiżi barra mill-pajjiż fejn inti residenti, inkluż l-Istati Uniti. Il-privatezza u l-liġijiet tal-protezzjoni tad-data f’pajjiżi bħal dawn jistgħu ma jkunux ekwivalenti għal-liġijiet li jeżistu fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek. Meta inti tuża u tipparteċipa f’Siti Elettroniċi ta’ Abbott jew tkun qed tipprovdilna xi informazzjoni dwarek, inti tkun qed tagħti l-kunsens tiegħek għal dan il-ġbir, trasferiment, ħżin, u ipproċessar ta’ informazzjoni lejn u f’dawn il-pajjiżi.

X’tagħmel Abbott biex tipproteġi l-privatezza tat-tfal?

Abbott ma tiġborx jew tuża xjentement informazzjoni personali mingħand it-tfal (aħna niddefinixxu “tfal” bħala minorenni taħt l-età ta’ 13-il sena) fuq is-Siti Elettroniċi ta’ Abbott. Aħna ma nħallux tfal xjentement jordnaw il-prodotti tagħna, jikkomunikaw magħna, jew jużaw xi wieħed mis-servizzi online tagħna.

Jekk inti ġenitur u ssir taf li t-tifel jew it-tifla tiegħek ikunu ipprovdewlna xi informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tuża xi wieħed mill-metodi speċifikati hawn isfel, u naħdmu miegħek biex nindirizzaw din il-kwistjoni.

Kif nista’ nikkoreġi informazzjoni personali jew inħassarha mir-reġistri tal-klijenti preżenti?

Tista’ titlobna nneħħu l-informazzjoni personali tiegħek mir-reġistri tal-klijenti preżenti tagħna jew li nbiddlu l-informazzjoni personali tiegħek. Jekk jogħġbok infurmana b’dak li tkun trid billi tikkuntattjana b’xi wieħed mill-modi speċifikati hawn isfel. Għall-għanijiet tagħna ta’ żamma ta’ reġistri, aħna se nżommu ċertu informazzjoni personali li inti tippreżenta f’dak li għandu x’jaqsam ma’ operazzjonijiet kummerċjali.

Għala s-Siti Elettroniċi ta’ Abbott jużaw il-“cookies” u teknoloġiji oħra tal-intraċċar?

Cookie” huwa fajl li webserver tagħna jista’ jibgħat lill-kompjuter tiegħek meta tagħmel aċċess ma’ xi Sit Elettroniku Abbott. Dan il-fajl imbagħad jinżamm fuq il-kompjuter tiegħek. Wara li tkun daħħalt l-informazzjoni personali tiegħek f’xi formola jew fil-qasam tad-data fuq is-Sit Elettroniku ta’ Abbott, Abbott tista’ tuża l-cookies u ċertu teknoloġiji oħra biex dak is-Sit Elettroniku jkun jista’ “jiftakar” il-preferenzi personali tiegħek, bħalma huma sezzjonijiet ta’ dak is-Sit Elettroniku li inti żżur ta’ spiss u, jekk hekk tagħżel, l-ID tiegħek bħala utent.

It-teknoloġiji ta’ ġbir passiv ta’ informazzjoni jistgħu jiffaċilitaw l-użu li inti tagħmel mis-Siti Elettroniċi ta’ Abbott billi jippermettu lil Abbott tipprovdi servizz aħjar, tippersonalizza siti bbażati fuq il-preferenzi tal-klijent, tikkumpila statistika, tanalizza tendenzi, u tamministra u ttejjeb is-Siti Elettroniċi ta’ Abbott. Ċertu karatteristiċi tas-Siti Elettroniċi ta’ Abbott jistgħu ma jaħdmux mingħajr l-użu ta’ teknoloġiji ta’ ġbir passiv ta’ informazzjoni.

Tista’ titgħallem aktar dwar il-cookies jekk iżżur www.allaboutcookies.org.

Liema tipi ta’ cookies u teknoloġiji oħra tal-intraċċar jintużaw mis-Siti Elettroniċi ta’ Abbott?

Is-Siti Elettroniċi ta’ Abbott jużaw “session cookies”. Dawn il-cookies huma biċċiet ta’ informazzjoni temporanja li jitħassru ġaladarba inti toħroġ mill-browser tal-Internet tiegħek jew inkella titfi l-kompjuter tiegħek. Per eżempju, session cookies jintużaw, biex titjieb in-navigazzjoni fuq is-siti tagħna tal-Internet, biex timblokka lill-viżitaturi milli jipprovdu informazzjoni meta dan ma jkunx adatt (is-sit jibqa’ “jiftakar” inserzjonijiet li jkunu saru qabel dwar l-età jew il-pajjiż ta’ oriġini li kienu jmorru lil hinn mill-parametri speċifikati u timblokka kull tibdil li jsir wara) u biex jiġbru informazzjoni statistika aggregata.

  • Is-Siti Elettroniċi ta’ Abbott jużaw “persistent cookies”. Dawn il-cookies huma biċċiet ta’ informazzjoni aktar permanenti li jiġu mqiegħda fuq il-hard drive tal-kompjuter tiegħek u jibqgħu hemm sakemm int tħassar il-cookie. Il-cookies persistenti jerfgħu informazzjoni fuq il-kompjuter tiegħek għal għadd ta’ għanijiet, bħalma huma l-irkupru ta’ ċertu informazzjoni li inti tkun qabel ipprovdejt (per eżempju, il-passwords), jgħinu biex jiġi determinat liema oqsma tas-sit elettroniku il-viżitaturi jsibu l-aktar utli, u tippersonalizza s-sit elettroniku skont il-preferenzi tiegħek fuq bażi kontinwa. Il-cookies persistenti li jitqegħdu minn dan is-sit fuq il-kompjuter tiegħek jistgħu jżommu informazzjoni li tkun tidentifikak personalment, imma biss jekk inti tkun irreġistrajt jew xort’oħra tajt il-kunsens tiegħek biex tinżamm l-informazzjoni li tidentifikak personalment li tkun tajt fuq dak is-sit. Altrimenti ikun is-server tas-sit tagħna biss li jkun jaf li xi viżitatur mhux identifikat skont il-cookies tiegħek ikun ġie lura lejn is-sit.
  • Is-Siti Elettroniċi ta’ Abbott jużaw “web beacons” (magħrufa wkoll bħala internet tags, single-pixel GIFs, clear GIFs, u invisible GIFs). Web beacon hija biċċa grafika żgħira fuq paġna tal-internet, jew f’messaġġ bil-posta elettronika, li tintuża biex tittraċċa l-paġni viżitati jew il-messaġġi li jkunu ġew miftuħa. Il-web beacons jgħaddu lis-server tas-sit elettroniku informazzjoni bħalma huma l-indirizz tal-IP u tat-tip ta’browser relatat mal-kompjuter tal-viżitatur. Il-web beacons jistgħu jitqiegħdu kemm fuq reklami li jkunu jinsabu online u li jiġbdu n-nies lejn is-sit tagħna, kemm fuq il-paġni differenti tas-sit tagħna. Il-web beacons jipprovdulna informazzjoni fuq kemm il-darba paġna tinfetaħ u x’informazzjoni tkun ġiet ikkonsultata.

X’għażliet għandi dwar kif nuża l-cookies u teknoloġiji oħra tal-intraċċar ta’ Abbott ?

L-għażliet speċifiċi li għandek dwar kif tuża l-cookies u teknoloġiji oħra tal-intraċċar ta’ Abbott ivarjaw skont is-sit elettroniku.

  • Fuq xi Siti Web ta’ Abbott, tista’ tintalab tagħti l-kunsens tiegħek għall-użu tal-cookies u/jew teknoloġiji oħra tal-intraċċar fuq dak is-sit elettroniku. Dawk il-cookies li jkunu meħtieġa biex is-sit jibqa’ jopera se jkomplu jiffunzjonaw minkejja tkunx tajt il-kunsens tiegħek jew le. Tipi oħra ta’ cookies u teknoloġiji tal-intraċċar se jintfew sakemm inti tagħti l-kunsens tiegħek. Bħala riżultat, il-funzjonalità tas-sit tista’ titnaqqas sakemm inti tagħżel li tagħti kunsens.
  • Fuq xi Siti Elettroniċi ta’ Abbott, tista’ tiġi provdut b’mistoqsijiet dwar il-preferenzi tiegħek jew b’kaxxi li fihom tkun tista’ turi li ma tkunx tixtieq li dak is-sit elettroniku juża l-cookies jew teknoloġiji oħra tal-intraċċar li ma jkunux meħtieġa biex is-sit ikun jista’ jopera. Jekk tagħżel din l-għażla ta’ eżenzjoni, il-funzjonalità tas-sit tista’ b’riżultat ta’ dan titnaqqas.
  • Ċert browsers tal-Internet iħalluk tillimita jew tiddiżattiva l-użu tal-cookies u ta’ teknoloġiji oħra tal-intraċċar. Jekk jogħġbok ara l-informazzjoni provduta mill-browser tal-Internet tiegħek għal istruzzjonijiet dwar kif tista’ tagħmel dan (li ġeneralment tinstab taħt il-menù fejn tfittex għall-għajnuna bħal “Help”).

Kif nista’ nikkuntattja lil Abbott?

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif tuża, tbiddel, jew tħassar informazzjoni personali li tkun tajtna, jew jekk tkun tixtieq li tadotta l-għażla ta’ eżenzjoni minn komunikazzjonijiet futuri minn xi negozju ta’ Abbott jew minn xi programm partikolari ta’ Abbott, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tikklikkja fuq il-link ta’ kuntatt “Contact” fuq is-Sit Elettroniku li tkun qiegħed iżżur. Alternattivament, inti tista’ tibgħat ittra f’dan l-indirizz li ġej lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data:

Att: Data Protection Officer
Abbott
Abbott House
Vanwall Business Park
Vanwall Road
Maidenhead
Berkshire
SL6 4XE

Fil-komunikazzjonijiet kollha tiegħek ma’ Abbott, jekk jogħġbok inkludi l-indirizz tal-posta elettronika li tkun għażilt biex tirreġistra (jekk dan ikun il-każ), l-indirizz tas-Sit Elettroniku jew il-programm speċifiku ta’ Abbott li tkun għaddejtlu l-informazzjoni personali tiegħek (bħal Abbott.com, eċċ.), flimkien ma’ spjegazzjoni dettaljata tat-talba tiegħek.

Jekk tkun tixtieq tħassar, tbiddel jew tikkoreġi l-informazzjoni personali tiegħek u tkun qed tikkuntattjana permezz tal-posta elettronika, jekk jogħġbok niżżel “Deletion Request” (Talba għal Tħassir) jew “Amendment/Correction Request” (Talba għal Emenda/Korrezzjoni), kif ikun il-każ, fil-linja tas-suġġett tal-posta elettronika. Aħna mbagħad nagħmlu mill-aħjar biex nirrispondu għal kull talba raġonevoli kemm jista’ jkun malajr.

Kif se nkun naf jekk Abbott tkunx aġġornat din il-politika?

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tiegħek taħt il-liġi applikabbli, Abbott tirriserva d-dritt li temenda din il-Politika tal-Privatezza bla ma tagħti ebda avviż minn qabel bl-għan li tirrifletti avvanzi teknoloġiċi, bidliet legali u regolatorji, u prattiċi kummerċjali tajbin.

Jekk Abbott tibdel il-prattiċi ta’ privatezza tagħha, ikun hemm verżjoni aġġornata ta’ din il-Politika tal-Privatezza li tkun tirrifletti dawk il-bidliet u aħna navżawk b’dak it-tibdil billi naġġornaw id-data effettiva li tinsab fuq nett fil-bidu ta’ din il-Politika tal-Privatezza.

  • share_alt text Share
  • print_alt text Print
  • download_alt text Download PDF
true
accessibility

You are about to exit for another Abbott country or region specific website

Please be aware that the website you have requested is intended for the residents of a particular country or region, as noted on that site. As a result, the site may contain information on pharmaceuticals, medical devices and other products or uses of those products that are not approved in other countries or regions.


The website you have requested also may not be optimized for your specific screen size.

Do you wish to continue and exit this website?

accessibility

You are about to exit the Abbott family of websites for a 3rd party website

Links which take you out of Abbott worldwide websites are not under the control of Abbott, and Abbott is not responsible for the contents of any such site or any further links from such site. Abbott is providing these links to you only as a convenience, and the inclusion of any link does not imply endorsement of the linked site by Abbott.


The website that you have requested also may not be optimized for your screen size.

Do you wish to continue and exit this website?